Solidarjeta u appoġġ mis-Soċjeta' lejn il-klabb tan-Naxxar Lions

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Wara l-ġrajjiet riċenti li jikkonċernaw it-tim tan-Naxxar Lions FC, il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar ħass il-bżonn li juri solidarjetà u jaġixxi.

Bħal ma 100 sena ilu, Palazzo Vittoria - Naxxar kien il-post fejn ra l-bidu tat-tim tal-futbol Naxxari u l-post fejn il-kumitat tiegħu kien jiltaqa’, qed nerġgħu noffru minn qalbna s-sede tagħna biex il-Kumitat tan-Naxxar Lions FC jkollu post komdu fejn ikun jista’ jżomm s-seduti u laqgħat oħra tiegħu.

Dan kien ikkomunikat bejn iż-żewġ kumitati, fejn inħarsu ‘l quddiem biex nikkollaboraw flimkien.

Ritratt:  Facebook - Naxxar Lions FC

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 7 ta’ Frar 2022