Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 8 ta’ Settembru 2010
Nhar l-Erbgha 8 ta'Settembru fis-7:15pm , il-Banda Peace taghlaq il-festa f'gieh il-patruna tan-Naxxar fil-qofol tal-festa billi takkumpanja lill-istatwa sabiha ta' Marija Bambina fil-purcissjoni bl-innijiet tal-kazin tant sbieh u popolari man-Naxxarin. X'hin l-istatwa tasal fil-pjazza, il-Banda Peace ssellem lill-Bambina bid-daqq tal-Ave Marija tas-Surmast Joseph Fenech minn fuq il-Plancier Maestuz tas-Socjeta'. Il-poplu huwa mheggeg jiehu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-istatwa ta' Marija Bambina tkun fil-pjazza.
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 25 ta’ Awwissu 2010