Gallery Album: Bandiera Blu - 5 ta' Settembru

Nhar il-Ħadd 5 ta' Settembru, ittellgħa' l-Ewwel Programm għat-Tieni sena konsekuttiva 'Bandiera Blu'. Matul l-ewwel programm Bandiera Blu li għal sena oħra ġie mxandar fuq Facebook LIVE, il-Kummissjoni Żgħażagħ Peace nedgħew arma diġitali ġdida. Din l-arma hija parti mit-tiġdid li qed isir, arma aktar moderna u li tirrifletti żminijietna fejn ħa tkun qed tiġi użata f’bosta attivitajiet li l-istess kummissjoni torganizza. Din is-sena l-Programm qiegħed jiġi preżentat mill-preżentatur Clifford Galea Vella Maslennikov flimkien ma' Maria Fenech fejn qiegħda twaslilna l-messaġġi li nkunu qiegħdin nirċievu LIVE waqt il-programm.

Waqt l-ewwel programm kelna wkoll bosta ntervisti nteressanti fosthom:

🔹 mat-Teżorir tal-Għaqda Każini tal-Baned, is-sur Chris Briffa,

🔹 mas-Surmast Onorarju Karl Fiorini, 

🔹 mac-Chair Person tal-Kummissjoni Żgħażagħ Gayle Chetcuti,

🔹 mal-'Media officer' tal-Kummissjoni Żgħażagħ u membru fil-Kumitat Eżekuttiv, Matthias Frendo,

🔹 mal-membri attivi tal-Kummissjoni Żgħażagħ - Dylan Camilleri, Maria Fenech u Ilena Agius,

🔹 ma' ex-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ, Kevin Grech u Kevin Agius u fl-aħħar u mhux lanqas,

🔹 maċ-ċkejken partitarju tas-Soċjeta', Matthias.

Infakkrukom li jekk tagħmlu LIKE u COMMENT waqt ix-xandira diretta tidħlu biċ-ċans li tirbħu momentos u xi rigali oħra mogħtija mill-isponsors tal-programm.

Diretta: L-Ewwel Programm ta' Bandiera Blu 2021

Għafas dan il-link jekk il-filmat t'hawn taħt ma jidirx sabiex terġa ssegwi l-ewwel programm ta' Bandiera Blu.

Ritratti [ 72 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify