Gallery Album: FESTA: Il-Banda Peace takkumpanja lill-istatwa titulari ta' Ommna Marija Bambina matul il-purċissjoni - 8 ta' Settembru

Nhar is-Sibt 8 ta' Settembru, l-BANDA PEACE għal sena oħra reġgħat b'UNUR u PRIVILEĠĠ kbir akkumpanjat l-istatwa tant għal qalb in-NAXXARIN, l-istatwa titulari ta' Marija Bambina. Il-Banda Peace daqqet matul il-PURĊISSJONI kollha l-INNIJIET Marjani u Popolari tas-Soċjeta' tagħna. Il-Banda umbat għalqet il-Festa b'daqq ta' AVE MARIA minn fuq il-Planċier tal-każin. 

Nixtiequ wkoll nifirħu u nirringrazjaw lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar tal-logħob tan-nar tal-ajru li ħarqu matul il-purċissjoni.

O Bambina - kollok glorja,

Bħal Reġina - inberkuk,

Biex tgħannina - bil-Vittorja,

Omm ħanina - nitolbuk.

Ritratti [ 48 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti