Gallery Album: FESTA: Tiżżanżan statwa ġdida ta' Marija Bambina sabiex tintrefa' mit-tfal waqt BAMBINAFEST

Din is-sena s-Soċjeta' organizzat għal ewwel darba Festa Tfal bl-isem "BambinaFest", li saret nhar il-Ġimgħa 31 ta' Awwissu fejn l-istatwa ġiet imbierka mill-arċipriet Dun David Gauci u merfuwa mill-partitarji ċkejknin tagħna minn fuq iz-zuntier tal-knisja għal quddiem is-sede tagħna b'daqq ta' marċi brijjużi u Ave Marija. Din l-istatwa ġiet maħduma mit-terracotta mill-artist bravu Manuel Farrugia. Din kienet it-tieni arti li dan l-artist ħadem għas-Soċjeta' tagħna, fejn l-ewwel waħda kienet il-pittura ta' Ommna Marija Bambina li żżanżnet għal ewwel darba fit-2009 f'sorpriża li żżanżnu l-Kummissjoni Żgħażagħ. Ir-raġġiera u stellarju saru mill-artist Joseph Vella. Grazzi lis-sur Farrugia u s-sur Vella għal din l-istatwa mill-isbaħ.

Ritratti [ 21 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti