Gallery Album: Kompetizzjoni tal-Presepji

Din il-kompetizzjoni ġiet organizzata mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ u kienet immirata għar-residenti Naxxarin. Il-presepji ġew iġġudikati minn nies professjonali u għalhekk stiedinna lill-Għaqda Ħbieb tal-presepji Malti u dawn bi pjaċir kbir laqgħu l-istedina tagħna. L-Għaqda Ħbieb tal-presepji Malti bgħatu tlett professjonisti sabiex iżuru l-presepji kollha flimkien ma xi membri tal-Kummissjoni. Ir-rebbieħa kienu dawn : Fl-ewwel Post - James Bellia. Fit-tieni Post - Maria u Martina Fenech (Fir-ritratt jidher is-sur Fenech li tela' għaċ-ċertifikat). Fit-tielet Post - David Agius. Kull parteċipant ingħata ċertifikat ta' tifkira u rringrazzjament mill-President tas-Soċjeta'. Fost il-parteċipanti l-oħra, nsibu lill-Albert Block, Daniel Bonavia u Danilo Muscat. Il-Kummissjoni tixtieq tirringrazja lill-Clifford Galea talli għoġbu jisponserja l-Bambin li ngħata lill-ewwel post, kif ukoll lill Għaqda Ħbieb tal-presepji Malti u l-parteċipaturi kollha.
Ritratti [ 12 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • August 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    272829303112
    3456789
    10111213141516
    17181920212223
    24252627282930
    31123456

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.