Aħbarijiet riċenti

[306-310] minn 496 artikli
<
>

Nifirħu lis-Sindku u Viċi Sindku l-ġodda

F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet ta' din is-Soċjeta' nixtiequ nieħdu l-opportunita' sabiex l-ewwelnett nirringrazjaw minn qalbna lil Dr. Maria Deguara tax-xogħol siewi li għamlet matul dawn l-aħħar snin. Dr.Maria Deguara kienet ikkontestat għal ewwel darba fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fis-sena 2000 fejn minn dakinhar Dr.Deguara reġgħet ġiet eletta fis-snin 2003, 2006 u 2009. Minnhawnhekk nixtiequ nerġaw nirringrazjawk tal-ġid kollhu li għamilt fir-raħal għażiż tagħna u għal kontribut li dejjem tgħajt b'qalbek kollha lis-Soċjeta' tagħna.

Nifirħu liż-żgħażugħa Naxxarija bil-medalja tal-bronż u fidda fit-tennis

Nhar is-Sibt 2 ta' Ġunju, n-Naxxarija Elaine Genovese rebħet żewġ medalji tal-bronż u oħra tal-fidda fit-Tennis waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ġewwa San Marino. Genovese lgħabet flimkien ma Francesca Curmi fil-logħba tad-doubles fejn żewġ kompetituri jilgħabu kontra tnejn oħra fl-istess logħba.

Nifirħu liż-żgħażugħ Naxxari li rebaħ midalja tad-deheb

Bħalissa kif forsi tafu qiegħdin jintlagħbu l-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa ġewwa San Marino. Fost il-kontinġent Malti, kien hemm it-tiratur Naxxari Gianluca Chetcuti fejn in-Naxxarin isibuħ bħala t-tifel ta' 'Qaxqax'. Gianluca rebaħ il-midalja tad-deheb fid-double trap.

Bħal-lum 125 sena ilu (1892 - 2017)...

Bħal-lum 125 sena ilu (1892 - 2017)...L-Avukat Ignazio Micallef kiteb fil-1892: “Il-Ħadd, 1 ta’ Mejju, s-Soċji kollha li qabel kienu jagħmlu ż-żewġ Soċjetajiet Filarmoniċi tan-Naxxar, ‘Melita’ (l-antika) u ‘Vittoria’ (il-ġdida), iltaqgħu fil-Każin tal-Artisti ‘La Pace’, li kien fid-dar numru 42B, Strada Santa Luċija.Huma ftehmu biex jingħaqdu f’banda mużikali waħda, taħt l-isem ta’ “Soċjetà Filarmonika La Pace”.

Festa ta' San Ġorġ Preca - 9 ta' Mejju

Illum f'Pajjizna 9 ta' Mejju, nicccelebraw l-Festa ta' San Gorg Preca Fundatur tas-Socjeta' tal-M.U.S.E.U.M. u l-Ewwel Qaddis Malti. Nawguraw il-festa t-tajba lil membri ta' din is-Socjeta'. San Gorg Preca itlob ghalina.

Naxxar Lions lura fl-għola diviżjoni tal-Kampjonat Malti

Naxxar Lions wara r-rebħa li għamlu l-bieraħ kontra t-tim tas-Sirens ġew promossi fl-għola diviżjoni tal-Kampjonat lokali. It-tim Naxxari s-sena l-oħra stess kien ġie relegat fl-Ewwel Diviżjoni wara li kellu sena diffiċli ħafna fil-Kampjonat Premier, pero wara sena biss fl-Ewwel Diviżjoni, l-istess tim Naxxari reġa ġie promoss għal Kampjonat Premier. Dan kien ta' suċċess kbir għat tim Naxxari u ma kienet xejn faċli għal players u Kumitat li jżommu t-tim Naxxari fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni tul l-istaġun kollhu... 

[306-310] minn 496 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify