Aħbarijiet riċenti

[301-305] minn 469 artikli
<
>

100 sena f'Palazzo Vittoria - 1917-2017 (13 ta'Ottubru)

It-13 ta’ Ottubru hu l-jum meta l-każin inxtara u sar propjetà assoluta tas-Soċjetà.Matul is-sena 2017 is-Soċjetà għażiża tagħna ħa tkun qed tiċċelebra l-ewwel ċentinarju minn meta daħlet fis-sede preżenti Palazzo Vittoria. Għalhekk, il-Kumitat flimkien mal-Kummissjonijiet fassal programm estensiv biex jitfakkar kif jixraq dan l-anniversarju prestiġjuż. Programm ta’ attivitajiet li ħa jibdew illum fejn qed inniedu wkoll il-logo ta’ dan ic-ċentinarju.

Pink October - Breast Cancer Awareness Month

Il-bierah 9 ta' Ottubru nxtelghet il-faccata tal-kazin b'dawl ta' kulur roza sabiex s-Socjeta' taghna tissaportja l-'Breast Cancer Awareness Month'. Nheggu lin-nisa kollha sabiex jaghmlu check ups regolati ta sidirhom.

Restawr ta' Bandiera tas-sena 1968

Din il bandiera tan-Nome di Maria, hija propjeta tal-każin tagħna fejn saret fl-1968 u inħadmet ġewwa l-Malta Drydogs flimkien mal-Bandiera l-antika tal-arma tal-każin li titla fuq l-arblu prinċipali fil-5 ta'Settembru. Il-bandiera kienet swiet Lm25. Din hija bandiera tas-suf ta' kwalita' tajba ħafna. Il-ħsara li kkawżat lil din l-bandiera saret fil-biċċa l-kbira taz-zkuk tal-ġilji li jinsabu jżejnu l-arma tal-Madonna. Dawn qegħdin fil-proċess li jinnbidlu kompletament ma drapp ġdid għax tgħerrew biż-żmien u l-elementi.

Xogħol Volontarju f'Dar Merħba Bik wara l-Festa 2016

Nhar l-Erbgha 21 ta' Settembru, numru ta' partitarji fi hdan is-Socjeta' Muzikali Peace, nnghaqdu flimkien sabiex imorru jaghmlu xoghol volontarjat fid-Dar Merhba Bik. F'isem il-Kumitat Centrali nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li taw il-kontribut taghhom. Grazzi u Proset!!

Il-Festa t-Tajba

Hekk kif daqqu t-tokki ta' nofs il-lejl sebah il-jum tant mistenni ghalina n-Naxxarin, il-jum tal-Vitorja. F' ismi u f'isem il-Kumitat Centrali nixtiequ nawguraw il-Festa t-Tajba lil kulhadd b'mod specjali lis-socji, membri, bandisti, hbieb u partitarji ta' din is-Socjeta' tant ghal qalb in-Naxxarin.

Infakkarkom li dalghodu mill-11:00am il-quddiem ser ikun hemm il-party tant mistenni minn kulhadd gewwa l-Otto Clubhouse "Il-Festa". Deejays rinomati ma Malta kollha ser idoqqu - Paul Frada u ZIGGY.

Illejla umbat il-Banda Peace b'UNUR u PRIVILEGG ser takkumpanja lill istatwa artistika u titular ta' Ommna Marija Bambina matul il-purcissjoni kollha. 

Il-Festa t-Tajba lil kullhadd!

It-Tmien Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 27 ta' Awwissu, wasal propja t-Tmien Sibt tal-Bambina, u issa ninsabu biss Sibt il-bogħod mill-Festa 2016. Illum ma stajtx ma nfakkarx l-4 ta' Settembru tas-sena li għaddiet, il-jum ta' meta numru sabiħ ta' partitarji ta' din is-Soċjeta' nngħaqadna flimkien bi ħġarna u nżilna bil-karozzi tagħna (car cade) sabiex intellaw ġawra ġdida lejn il-każin - Iva, qiegħed nireferi għal vara mill-isbaħ li tittella' mal-Marċ tal-5 ta' Settembru sabiex umbat wara l-istess marċ, isir it-tlugħ tal-istatwa fil-gallarija prinċipali tal-każin sabiex issebbah pjazza bil-ġmiel tagħha. Statwa bi xbiegħa ta' Ommna Marija Bambina. 

[301-305] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify