Aħbarijiet riċenti

[291-295] minn 496 artikli
<
>

Proset u Awguri lill-membru attiva fis-Soċjeta - Is-Sinjura Angela Azzopardi.

F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', nixtiequ nifirħu lis-sinjura Angela Azzopardi li hija membru attiva f'din is-Soċjeta'. Kull sena l-'Florence Nightingale Benevolent fund'  li jagħmel parti mill-Malta Union of Midwives and Nurses jorganizza preżentazzjoni sabiex jiġu preżentati preżentazzjonijiet ta' apprezament lil dawk il-membri li jkunu rtiraw mill-karriera tan-nursing. 

Insellmu l-memorja ta' Dun Ġorġ Grima

Illum it-Tnejn 25 ta' Settembru, tħabbret il-mewt ta’ Dun Ġorġ Grima, fundatur tal-moviment “Ġesù fil-Proxxmu”. Dun Ġorġ kellu 67 sena u kien mill-parroċċa ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex.

L-Għaqda Każini tal-Baned jirbħu Premju mill-Unjoni Ewropeja

L-Għaqda Każini tal-Baned tirbaħ Premju Ċittadin Ewropew. Dan il-premju huwa aktar speċjali hekk kif il-kontribut tal-każini tal-baned fis-Soċjeta' u l-investiment fit-tgħalim tal-mużika lil eluf ta' bandisti ġie rikonoxxut b' dan il-premju hekk prestiġjuż. Is-Soċjeta' Mużikali Peace hija waħda mis-Soċjetajiet li ħdimna b'mod kollettiv sabiex jingħata dan ir-rikonoximent.

https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=1345595082205260&id=323401511091294

B'sogħba u dispjaċir kbir inħabru l-mewt ta' Vanni Farrugia

B'niket u dispjaċir kbir inħabru l-mewt ta' Vanni Farrugia li kien ha ħsieb bosta recordings tas-Soċjeta' fosthom ir-recording tal-Kantata' "L-Għanja tal-Paċi" kif ukoll tal-"Via Crucis". F'isem il-Kumitat Ċentrali, Surmastrijiet u Bandisti, nixtieq nibgħat il-Kondoljanzi xierqa lill-familja Farrugia għat-telfa kbira tal-ħabib tagħna Vanni. 

Ritratt: Vanni Farrugia fl-istudio flimkien mal-kompożitur Malti Karl Fiorini li kkompona l-"Via Crucis" u l-kantata.

 

FESTA: Id-Disa' Sibt tal-Bambina - Attivitajiet tal-Festa 2017

Wasal id-Disa' Sibt tal-Bambina u għalhekk ninsabu propjament fil-ġimgħa tal-Festa. Illum ser niddedika dan l-artiklu sabiex infakkarkhom fil-Programm tal-Attivitajiet tal-Festa 2017 organizzat mis-Soċjeta' Mużikali Peace li hemm preparat għal dawn il-ġranet li ġejjien. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-membri, soċji, partitarji, bandisti u ħbieb tas-Soċjeta' li għoġobhom jattendu fl-attivitajiet li għaddew fosthom fil-Ħruġ tal-istatwa ta' Marija Bambina minn-Niċċa, il-Blue Gathering (Part 1), il-quddiesa tal-organizzazzjoni tal-Festa u r-Riċeviment tal-Festa.

 

 

Nsellmu l-memorja ta' Patri Dun Victor Xuereb S.J.

Illum, 26 ta’ Awwissu, thabbret il-mewt ta’ Patri Dun Victor Xuereb S.J. fl-ghomor ta’ 87 sena (t. 1930). Dahal Gizwita f’Dar Loyola tan-Naxxar fl-1949 u ordnat sacerdot f’Boston, fl-Amerika, fl-1964. Ghamel il-Professjoni Solenni fl-Ordni tal-Gizwiti fl-1967. Kien specjalizzat u ghalliem fil-lingwi klassici, filosofija, teologija u l-Iskrittura.

[291-295] minn 496 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify