Aħbarijiet riċenti

[206-210] minn 469 artikli
<
>

Is-Seba' Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 17 t'Awwissu qiegħdin niċċelebraw is-Seba' Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. Illum ser infakkru l-passat ta' din is-Soċjeta'; il-fatti juru li s-Soċjeta' Mużikali Peace kienet l-ewwel f'Beltna. Soċjeta' li għaddiet minn ħafna esperjenzi u li matul is-snin bniet storja rikka u glorjuża. Mat-twaqqif tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar fil-1749, dejjem kien jissemma l-element ta’ mużiċisti li ħadu sehem fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Iżda l-ewwel li sibna li għandu x’jaqsam mal-Banda tagħna kien propju fis-sena 1861/62, fejn insibu li kien hemm ħlasijiet "per la banda Musicale". Dan insibuħ miktub minn l-Avukat Ignazio Micallef, li kiteb it-tifkiriet ta’ żmienu. Għaldaqstant id-data 1862 dejjem kienet mizmuma bħala d-data tat-twaqqif tal-Banda, kif ukoll jidher mill-arma u l-istandart antik li sar qrib l-aħħar tas-seklu dsatax.

Is-Sitt Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 10 t'Awwissu qiegħdin niċċelebraw is-sitt Sibt tal-Festa ferm għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt nixtiequ nfakkru l-100 sena anniversarju minn meta nkitbet il-kompożizzjoni mill-isbaħ tal-Innu ferm Popolari tal-Bambina 'Cantico alla Beata Vergine', magħruf aħjar magħna bħala 'O Tfajla Mmakulata'.

Il-Ħames Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum ninsabu fl-ewwel Sibt tal-Festa fix-xahar ta' Awwissu fejn jaħbat propju l-Ħames Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija. Dan is-Sibt xtaqt niddedikah għal Marċ Popolari tal-5 ta' Settembru fejn sena wara sena dan il-marċ qiegħed ikun ferm mistenni minn-Naxxarin. Dawn il-ftit ritratti jixdhu l-isppettaklu kbir li jiġi mtellgħa mis-Soċjeta' għażiża tagħna fil-5 ta' Settembru għal marċ tat-Tieni jum tat-Tridu. 

It-Raba' Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 27 ta' Lulju jaħbat propju r-Raba' Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija.Dan is-Sibt ser niddedikah għal 10 snin anniversarju mit-twaqqif ta' dan is-sit eletroniku u l-bidu tal-użu tal-midja soċjali f'din is-Soċjeta'. Għadni niftakar qisu l-bieraħ meta kont ġejt avviċinat mill-Kumitat Ċentrali, dak iż-żmien taħt it-tmexijja tal-President is-Sur Carm Grech u s-Segretarju s-Sur Walter Amato, sabiex nieħu f’idejja l-proġett li għall-ewwel darba kellu jagħti preżenza fuq l-internet lis-Soċjeta’ Mużikali Peace.

It-Tielet Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 20 ta' Lulju qiegħdin niċċelebraw it-Tielet Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt iddeċidejt li naqsam magħkom poeżija ħelwa miktuba minnha lill-għażiża Ommna Marija Bambina bl-isem, Lill-Bambina taċ-Ċkejknin.

 

It-Tieni Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 13 ta' Lulju qiegħdin niċċelebraw it-Tieni Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. Għal dan is-Sibt ħassejt il-ħtieġa li naqsam magħkom ftit informazzjoni fuq il-Planċier tal-Banda Peace li din is-sena qiegħed jiċċelebra l-65 sena. Kien il-bidu tal-ħamsijiet tas-seklu li għadda. Il-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace, ħass li l-planċier il-qadim (li kien inħadem fl-1895) sar żgħir għax il-banda kienet kibret. Għaldaqstant kien inħaseb li jsir planċier ġdid, ikbar, u f'għamla differenti minn dik kwadra, bħalma kien l-antik...

[206-210] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify