Din is-sena s-Soċjeta' tagħna ser terġa tagħti l-kontribut tagħha fl-attivita' wisq mistennijja u organizzata mill-Kunsill Lokali, r-Raħal tal-Milied. Is-Soċjeta' ser ittella' wirja ta' xogħlijiet artistiċi bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar fis-Sala Marija Bambina. Fil-wirja ser ikun bosta xogħlijiet esebiti minn artisti lokali fosthom Charles Attard, Joanna Azzopardi, Abraham Bellia, Grace Borg, John Caruana, Damian Ebejer, Cedric Galea Pirotta, Josephine Hili, Louise Mallia, Matthew Mifsud, Lina Treble, Audrey Vella, Guido Bonett u Angelo Fenech.
Din il-wirja ser tkun miftuħa waqt l-attivita' tar-Raħal fil-Milied:
Il-Gimgħa, 15 ta' Dicembru: Ftuħ Uffiċjali mill-Wisq Rispettabbli Sindku tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami fis-7:30pm.
Is-Sibt, 16 ta' Dicembru: Mis-6:00pm sal-10:00pm.
Il-Hadd, 17 ta' Dicembru: Mis-2:30pm sad-9:00pm.
Il-Faċċata tal-Każin imżejna għall-żmien il-Milied fis-sena 2009