Aħbarijiet riċenti

[1-5] minn 521 artikli
>

Festa li tibqa’ fl-istorja… u f’qalbna

Bil-mod il-mod, il-Festa 2026 waslet fi tmiemha. Intfew id-dwal, waqfet il-mużika u l-Pjazza reġgħet lura għar-ritmu tagħha ta’ kuljum. Madankollu, dak kollu li ngħex matul dawn il-ġimgħat u x-xhur ta’ tħejjijiet żgur mhux se jintesa malajr. Din ma kinitx festa bħall-oħrajn. Kienet sena storika għan-Naxxar, sena li se tibqa’ mfakkra bħala kapitlu importanti fl-istorja tal-komunità Naxxarija u tas-Soċjetà Mużikali Peace.

Il-Festa t-Tajba - Viva Marija Bambina

Illum, in-Naxxar jiċċelebra b’ferħ u devozzjoni l-Festa tant mistennija ta’ Marija Bambina, waħda mill-aktar okkażjonijiet importanti fil-ħajja tal-komunità Naxxarija.

Monument Kommemorattiv f’Palazzo Vittoria jfakkar żewġ anniversarji storiċi

Nhar it-Tlieta 1 ta' Settembru, Palazzo Vittoria, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Peace fin-Naxxar, laqa’ avveniment ta’ sinifikat partikolari għall-komunità Naxxarija, hekk kif ġie inawgurat uffiċjalment monument artistiku maħsub biex jibqa’ jfakkar żewġ anniversarji importanti u għeżież kemm għas-Soċjetà kif ukoll għall-poplu Naxxari.

Dokumentarju | 300 Sena Fostna n-Naxxarin

Merħba Settembru!

Waslet l-isbaħ ġimgħa tas-sena!  Ingħaqdu magħna f’dawn il-jiem ta’ festa, fejn il-mużika, il-banda, l-arti, in-nar u l-briju jimlew it-toroq tagħna b’atmosfera unika. Il-qofol jintlaħaq fit-8 ta’ Settembru, il-jum tant għażiż tal-Marija Bambina, meta Naxxar jilbes il-libsa tal-festa u joħroġ jiċċelebra l-patruna tiegħu b’ferħ u devozzjoni.

𝗜𝗟-𝗞𝗧𝗜𝗘𝗕 𝗧𝗔𝗟-𝗙𝗘𝗦𝗧𝗔 𝗧𝗔𝗡-𝗡𝗔𝗫𝗫𝗔𝗥: EDIZZJONI ESKLUSSIVA 𝟮𝟬𝟮𝟲!

Il-Ktieb tal-Festa tan-Naxxar 2026: Inkluża Edizzjoni Esklussiva! Il-Ktieb uffiċjali tal-Festa 2026 issa jinsab disponibbli! Pubblikazzjoni kollha bil-kulur, mimlija materjal u artikli ta' interess kbir – fosthom l-istorja dettaljata tal-istatwa Titulari ta' Marija Bambina kif ukoll il-Programm sħiħ tal-Festa.

[1-5] minn 521 artikli
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify