Gallery›2026›Festa ta' Marija Bambina - 2026›Festa BLUE Gathering #3 - 8 ta' Settembru filgħodu (Album I)
Nhar it-Tlieta, 8 ta’ Settembru 2026, Jum il-Vitorja, l-OTTO Clubhouse, ġewwa Palazzo Vittoria fin-Naxxar, laqa’ l-edizzjoni numru 3 tal-Festa BLUE Gathering, avveniment organizzat bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa Marjana u tal-anniversarju storiku #300SenaFostna. Minn nofsinhar ’il quddiem, il-partitarji u ż-żgħażagħ Naxxarin ingħaqdu għal atmosfera' mimlija mużika, briju u enerġija. DJ ZRINZ fetaħ il-programm b’set speċjali, filwaqt li J JOY kompla jsaħħan l-atmosfera b’ritmi li żammew l-enerġija għolja tul dan l-avveniment. Il-kulur blu, il-mużika u l-ispirtu tal-festa ngħaqdu f’laqgħa oħra ta’ suċċess li kompliet tagħti ħajja liċ-ċelebrazzjonijiet tal-300 sena ta’ storja u tradizzjoni tas-Soċjetà Mużikali Peace. Ritratti265Filmati0