Fit-13 ta’ Ottubru 1962, fis-sena ċentinarja mit-twaqqif tas-Soċjetà Mużikali Peace, il-każin inxtara permezz tal-Atti tan-Nutar Francis Micallef, u b’hekk Palazzo Vittoria sar proprjetà sħiħa tas-Soċjetà, fil-qalba tal-Pjazza Naxxarija.

Sittin u erba’ sena wara, infakkru b’għożża u gratitudni dan il-pass storiku u lil dawk li, bil-viżjoni u d-deċiżjonijiet għaqlin tagħhom, ħallewlna wirt tant prezzjuż li jkompli jgħaqqad il-ġenerazzjonijiet u jseddaq l-identità tas-Soċjetà.

Palazzo Vittoria – wirt li ngħożżu u storja li nkomplu nibnu.

Filmat | 100 Sena f'Palazzo Vittoria - Dokumentarju 2017