Gallery›2026›Festa ta' Marija Bambina - 2026›Il-Banda Peace takkumpanja l-Purċissjoni ta' Marija Bambina - 8 ta' Settembru (Album I)
Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Settembru 2026, il-Banda Peace akkumpanjat l-istatwa artistika u devota ta’ Marija Bambina waqt il-purċissjoni solenni, u sellmet lill-Bambina bl-innijiet tant għeżież u popolari mal-poplu Naxxari. Mal-wasla tal-istatwa fi Pjazza tan-Naxxar, il-poplu ngħaqad fil-kant tal-innijiet Marjani, filwaqt li l-Banda Peace, taħt il-planċier, sellmet lill-Bambina bid-daqq tal-Ave Maria tas-Surmast Ġużeppi Fenech, f’mument mill-isbaħ ta’ devozzjoni u emozzjoni li kompla jsebbaħ il-festa Marjana tan-Naxxar. Ritratti416Filmati0