B’niket u b’rispett, insellmu l-memorja ta’ Fr. Adrijanu Cachia, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem.
Fr. Adrijanu serva bħala Direttur Spiritwali tas-Soċjetà Mużikali Peace bejn l-2014 u l-2019, fejn tul is-servizz tiegħu dejjem wera dedikazzjoni, imħabba u impenn lejn is-Soċjetà.
F’dan il-mument ta’ niket, inwasslu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familjari, lill-qraba u lill-għeżież kollha tiegħu. Nitolbu lill-Madonna Marija Bambina tilqgħu fi ħdanha u tħaddnu fl-imħabba tagħha.
Jistrieħ fis-sliem.