Nifirħu minn qalbna lil Ishmael Bonello, Julia Bonnici, Benjamin Chetcuti u Keiran Fenech, studenti fi ħdan l-Iskola Mużikali tagħna, li kisbu riżultati mill-aqwa fl-eżamijiet tal-prattika tal-Klarinett tal-London College of Music Examinations.
Grazzi mill-qalb lill-għalliem tal-istrumenti tal-injam (woodwind), Mro. Michael Pirotta, għad-dedikazzjoni, l-impenn u l-ħidma tiegħu fit-tisħiħ tal-ħiliet mużikali tal-istudenti tagħna.
Prosit tassew lil kulħadd! Ninsabu kburin bikom u nawgawlkom aktar suċċessi fil-vjaġġ mużikali tagħkom.
Tixtieq tibda l-vjaġġ mużikali tiegħek magħna? Kuntattjana biex issir taf aktar dwar l-Iskola Mużikali tagħna!
Ħajr lill-Josmar Muscat tar-ritratti