Serata ta’ Talent u Mużika Nhar il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru 2026, il-programm Rokna Mużikali reġa’ laqqa’ flimkien lill-istudenti u lill-mużiċisti tal-Banda Peace għal serata ddedikata għat-talent, il-ħila u l-imħabba lejn il-mużika. Taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast tas-Soċjetà, Mro. Michael Pirotta, il-parteċipanti kellhom opportunità sabiħa biex juru l-ħiliet mużikali tagħhom u jaqsmu l-passjoni tagħhom mal-udjenza, f’atmosfera mill-isbaħ fejn il-mużika kienet protagonista. Serata li ċċelebrat it-talent mużikali u l-impenn tal-ġenerazzjonijiet li jkomplu jsaħħu l-futur tal-Banda Peace. Ritratti375Filmati0