Is-Soċjetà Mużikali Peace tesprimi l-awguri tagħha lil Mikhail Grima Agius, mużiċist fi ħdan il-Banda Peace u Rappreżentant tal-Kummissjoni Banda, li kiseb b’suċċess id-diploma Associate of the London College of Music (A.L.C.M.) fil-kategorija Full Drumkit.

Dan is-suċċess huwa xhieda tal-impenn, id-dedikazzjoni u l-ħidma kontinwa tiegħu fil-qasam mużikali, u jkompli jżid mal-kisbiet personali tiegħu bħala mużiċist.

Is-Soċjetà Mużikali Peace tifraħ lil Mikhail għal dan ir-riżultat mill-aqwa u tawguralu aktar suċċessi fil-karriera mużikali tiegħu.