Matul l-aħħar xhur, permezz tal-għajnuna mogħtija mill-fond Community Development and Innovation Scheme 2025, sar xogħol ta’ rinnovar fl-Uffiċċju Amministrattiv tas-Soċjetà Mużikali Peace.

L-uffiċċju, fejn jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv, ġie mgħammar b’għamara ġdida tal-injam, li toffri ambjent aktar xieraq u funzjonali kemm għaż-żamma tal-laqgħat kif ukoll għall-ħażna u l-arkivjazzjoni tad-dokumenti uffiċjali u l-minuti tas-Soċjetà.

Dan it-titjib jirrifletti l-impenn kontinwu tas-Soċjetà li tkompli ssaħħaħ l-infrastruttura amministrattiva tagħha u tħares il-wirt dokumentarju tagħha b’mod organizzat u xieraq għall-ġenerazzjonijiet futuri.