Is-Soċjetà Mużikali Peace tifraħ lil Benjamin Chetcuti, bandist u student fi ħdan l-iskola mużikali tagħna, hekk kif matul din il-ġimgħa ħa sehem f’masterclasses tal-klarinett organizzati mis-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa A.D. 1949, bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (Malta Council for the Voluntary Sector).
Nawgurawlu aktar suċċessi fil-vjaġġ mużikali tiegħu u nħeġġuh ikompli jsaħħaħ it-talent u l-ħiliet mużikali tiegħu.
Prosit tassew, Benjamin!
Tixtieq tibda l-vjaġġ mużikali tiegħek? Ikkuntattjana u sir parti mill-familja mużikali tagħna!