Bħala parti minn sensiela ta’ taħditiet iddedikati lill-istorja tan-Naxxar, l-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari qed tistieden lill-pubbliku għal taħdita interessanti bit-tema “From a Bronze Age Village to a Modern Town”, li se toffri ħarsa lejn l-iżvilupp tan-Naxxar matul iż-żminijiet.
L-attività se ssir fis-Sala Marija Bambina, ġewwa Palazzo Vittoria, in-Naxxar, u hija miftuħa għal kull min għandu għal qalbu l-istorja u l-wirt kulturali ta’ raħalna.
Dettalji tal-attività
-
Data: Il-Ħamis, 22 ta’ Ottubru 2026
-
Ħin: 7:15 ta’ filgħaxija
-
Post: Sala Marija Bambina, Palazzo Vittoria, in-Naxxar
Il-pubbliku huwa mistieden jattendi u jieħu sehem f’din l-inizjattiva kulturali li tkompli tippromwovi l-għarfien dwar il-passat storiku tan-Naxxar.