Is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar tinsab ferħana u kburija u tawgura lill-Anthony Deguara, li nhar il-Ġimgħa filgħaxija kiseb rebħa mill-isbaħ fil-kwarti tal-finali tal-programm televiżiv populari MA tagħmlu XEJN fuq TVM.
B’prestazzjoni eċċellenti u b'kapaċità kbira, Anthony irnexxielu jixgħel it-12-il bozza kollha tal-logħba, biex b’hekk ikkonferma l-post tiegħu fil-FINALI u se jkun qed jirrappreżenta lir-raħal tagħna tan-Naxxar f'din il-fażi importanti!
Prosit tassew, Anthony, mill-membri u l-partitarji kollha tas-Soċjetà! Nawgurawlek kull suċċess għall-finali!
(Bi koperazzjoni ma' Arts Council Malta)
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu 2026