Is-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar, flimkien mal-membri tal-Kumitat Ċentrali, il-bandisti, il-partitarji u l-membri kollha tagħna, tixtieq tgħaddi l-isbaħ xewqat lill-President tagħna, Marlon Brincat, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.

F'din l-okkażjoni speċjali, inroddu grazzi minn qalbna lill-President Marlon Brincat għad-dedikazzjoni, il-ħidma bla waqfien u l-impenn kontinwu tiegħu b'risq il-ġid tas-Soċjetà Mużikali Peace u l-komunità kollha Naxxarija.

Fl-isem tas-Soċjetà kollha, nawgurawlek jum mimli bil-hieni, saħħa u aktar snin ta' ħidma rikka u suċċessi.

Ad Multos Annos!

(Ritratt: Josmar Muscat Photography)