Is-Sibt, 5 ta’ Settembru 2026, in-Naxxar għex serata mill-isbaħ ta’ mużika, briju u tradizzjoni bil-parteċipazzjoni tal-Banda Peace fil-Marċ Popolari tat-Tieni Jum tat-Tridu.
Mill-8:00pm ’il quddiem, il-Banda Peace daqqet fit-toroq Naxxarin, u l-marċ intemm fi Pjazza tan-Naxxar, quddiem il-Każin, Palazzo Vittorja, fejn il-wasla tagħha ntlaqgħet b’briju mill-isbaħ mill-partitarji numerużi tagħna.
Il-mużika, l-entużjażmu tal-partitarji, il-logħob tan-nar u t-tlugħ tal-istatwa artistika ngħaqdu biex ħolqu atmosfera mill-isbaħ, li kompliet tagħti ħajja liċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa Marjana fin-Naxxar.
Serata li għal darb’oħra wriet il-passjoni, id-dedikazzjoni u l-imħabba lejn il-Festa, lejn Ommna Marija Bambina u l-Banda Peace!
Feature tal-Festa 2026 - Soċjeta' Mużikali Peace Naxxar