𝐔𝐧𝐮𝐫 𝐦𝐢𝐤𝐬𝐮𝐛 𝐟𝐢𝐥-𝐊𝐨𝐦𝐩𝐞𝐭𝐢𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐍𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐚𝐥𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐏𝐫𝐞𝐬𝐞𝐩𝐣𝐢

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Għadu kemm tħabbar uffiċjalment ir-riżultat tal-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji, fejn is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar ikklassifikat fit-tieni post fil-Kategorija Numru 9, bħala l-aktar post addattat, bl-esibizzjoni artistika Christus Natus Est. Din kienet l-ewwel darba li s-Soċjetà pparteċipat f’din il-kategorija.

Ringrazzjament kbir imur lill-membru tal-Kumitat responsabbli mill-armar u l-attivitajiet kulturali, is-Sur Anthony Deguara, għad-dedikazzjoni tiegħu, kif ukoll lill-voluntiera kollha li assistew sabiex din il-wirja setgħet tittella’. Ringrazzjament ukoll lill-esibituri kollha li aċċettaw li jkunu parti minn din l-esibizzjoni.

Kultura | Culture Directorate, Malta

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 11 ta’ Jannar 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify