Nhar il-Ħadd, 7 ta' Settembru, fid-9:30pm ittella' l-Programm Mużikali tal-Festa fuq il-Planċier tas-Soċjetà fil-Pjazza tan-Naxxar.
Matul din is-serata, il-Banda Peace eżegwiet programm mużikali mill-aqwa taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Michael Pirotta, fost l-apprezzament u l-applaws tal-pubbliku u l-partitarji preżenti.