Gallery Album: Ċenaklu Ħaj fil-kantina tal-każin

Numru ta' membri, helpers u bandisti tas-Soċjeta' ħadu sehem fiċ-Ċenaklu Ħaj li sar fin-Naxxar għat-Tieni sena konsekuttiva fil-każin tagħna. Dan iċ-Ċenaklu Ħaj ġie esebit aktar minn darba nhar Ħamis ix-Xirka u nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu ġewwa l-Kantina tal-Każin. F'isem is-Soċjeta' nixtiequ nergaw nieħdu l-opportunita' sabiex nirringrazjaw lill-dawn l-helpers kollha talli b'mod volontarju offrew il-ħin tagħhom f'dan iċ-Ċenaklu Ħaj fosthom l-atturi u l-makeup artists. Iċ-Ċenaklu Ħaj għat-Tieni sena konsekuttiva ġie mmexxi mis-sur Anthony Deguara. Nixtiequ wkoll nirringrazjaw lis-sur Tonio Vella talli għoġbu jiġi f'waħda mis-sessjonijiet ta' preparamenti sabiex jagħtina s-suġġerimenti u kummenti tiegħu. Fl-aħħar u mhux l-anqas, grazzi lill-dawk kollha li ġew jaraw dan iċ-Ċenaklu Ħaj u taw id-donazzjonijiet tagħhom. Grazzi.
Ritratti [ 71 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi għar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify