Gallery Album: Il-vara tinġieb in-Naxxar - 4 ta' Settembru

Nhar il-Gimgha 4 ta' Settembru numru sabih ta' partitarji ta' din is-Soċjeta' nngħaqdu flimkien sabiex jinżlu bil-karozzi tagħhom (Car Cade) u jtellaw flimkien il-vara sabiħa li ser tintuża bħala ornament mal-faċċata prinċipali matul il-Festa sabiex nsebbħu aktar il-Pjazza tagħna. Nhar il-5 ta' Settembru propju fil-Marċ Popolari tagħna, ittellgħet għal l-ewwel darba permezz ta' krejn li ġie maħdum mill-membri tagħna stess fil-gallarija tal-każin. Grazzi tmur lill-benefatturi ta' din il-vara s-sur Edward Azzopardi u s-sinjorina Elaine Pavia u lill-artist Shawn Saliba li ħoloq din ix-xbiegħa ferm sabiħa ta' Marija Bambina. Fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi kbira tmur lis-sur Tonio Zammit li għamel ir-Raġġiera u l-Kuruna u lis-sur Joe Delia li kien il-benefattur tal-bradella li nħadmet mis-sur Michael Attard.
Ritratti [ 18 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi u Kevin Agius għar ritratti