Aħbarijiet riċenti

[26-30] minn 500 artikli
<
>

Il-Milied it-Tajjeb u Sena Ġdida mimlija Paċi u Saħħa

Il-President Marlon Brincat u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq. 

 

 

PROĠETT IEĦOR IMWETTAQ - 𝓟𝓳𝓪𝔃𝔃𝓪 𝓥𝓲𝓽𝓽𝓸𝓻𝓳𝓪 𝓢𝓺𝓪𝓺 𝓝𝓻𝓾. 2.

Is-sena 2025 kienet sena ta’ impenn kontinwu fir-rigward tar-ristrutturar tas-sede tagħna, Palazzo Vittoria, in-Naxxar. Wieħed minn dawn il-proġetti kien ir-rinnovament u t-tisbiħ tal-faċċata li tagħti għal Pjazza Vittorja, Sqaq Nru. 2. Dan ix-xogħol sar bil-għan li jitħares u jitjieb il-valur storiku u arkitettoniku tal-binja, filwaqt li jingħata dehra aktar denja lill-qalba tal-Pjazza Naxxarija.

Kalendarju tas-sena 2026

Mill-llum kulħadd jista jakkwista kopja tal-kalendarju għas-sena 2026 mill-Każin. Dan il-kalendarju jinkludi kollezzjoni sabiħa ta’ ritratti li juru diversi avvenimenti organizzati mis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, matul is-sena kollha, b’enfasi speċjali fuq il-Festa tant għażiża ta’ Marija Bambina.

✨ Ġmiel il-Milied fil-qalba tan-Naxxar ✨

Il-faċċata prinċipali ta’ Palazzo Vittoria tinsab imżejna b’mod mill-isbaħ f’dan iż-żmien tant għażiż tal-Milied, u tkompli żżid mal-atmosfera festiva fil-qalba tal-Pjazza tan-Naxxar.

Ringrazzjament sinċier u speċjali jmur lill-voluntiera tagħna, li b’dedikazzjoni kbira u b’ħidma bla heda reġgħu, għal darb’oħra, sebbħu s-sede tagħna u taw sehhem importanti biex jinħass l-ispirtu veru tal-Milied fil-komunità tagħna.

𝗟𝗮𝗿𝗶𝗻𝗴̇ 𝘁𝗮’ 𝗠𝗮𝗹𝘁𝗮 🍊 għall-bejgħ mill-każin b'risq il-Festa

Il-larinġ ta' Malta se jkunu għall-bejgħ minn quddiem il-Każin, u d-dħul kollu jmur b’risq il-Festa.

Inħejju l-Pjazza għall-Ispirtu tal-Milied

Nhar il-Ħadd, 30 ta’ Novembru, grupp ta’ volontiera tas-Soċjetà ingħaqdu flimkien biex jitqiegħdet id-dekorazzjoni tal-faċċata tal-każin għal dawn il-jiem sbieħ tal-Milied. Grazzi lil kull volontier li jkompli jgħinna, sabiex għal sena oħra ngawdu d-disinji sbieħ u nsebbħu l-pjazza Naxxarija b’atmosfera sabiħa tal-Milied.

Grazzi lill-voluntiera kollha tagħna 👏

[26-30] minn 500 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify