Nhar il-Ħadd 15 ta' Settembru fid-9:30am ser tintlgħab il-finali ferm mistennija tal-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat tal-isnooker tas-Soċjeta' Mużikali Peace bejn il-finalisti Ivan Brincat u Mario Abela. Dan il-kampjonat ilu għaddej matul is-Sajf kollu u kien maqsum f'żewġ diviżjonijiet: L-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni. Il-finali tat-Tieni Diviżjoni ntlgħabet fit-18 ta' Awwissu fejn kien rebaħa s-sur Marlon Brincat, filwaqt li l-finali tal-Ewwel Diviżjoni ser tintlgħab nhar il-Ħadd. Il-finali ser tintlgħab il-każin u għalhekk nħeġġu lid-dilettanti tal-isnooker sabiex jinngħaqdu magħna ġewwa OTTO Clubhouse. 

Dan il-Kampjonat ġie sponsorjat minn Hitachi Mosta Electronics u koordinat mis-sur Joe Galea.