Nhar is-Sibt 29 ta' Gunju fit-8:30pm, l-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq l-ewwel Servizz Mużikali tagħha barra r-raħal għal dan is-Sajf. Il-Banda Peace giet mistienda sabiex tagħti s-sehem mużikali tagħha fil-marċi brijjużi u l-Programm Mużikali ta' Lejliet il-Festa tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija gewwa Burmarrad.

Il-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' tagħna, nixtiequ nawguraw lir-residenti kollha ta' Burmarrad, il-Festa t-Tajba.

Marċ Klassiku u Brijjuż: Conoration ta' Mro. Joseph Azzopardi