Is-Sibt 18 ta' Mejju fi-8:00pm ġewwa s-Sala Marija Bambina ser tiġi organizzata Braġiolata b'risq il-Festa ta' Marija Bambina. L-ikla ser tkun mqassma f'Appetizers, Starter, Main Course u Deżerta. Bħala starter ser ikolna 'Baked Pasta', u bħala Main Course ser ikun hemm Braġioli jew Tiġieġ. 

Il-Bookings qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. 

Donazzjoni ta' €15 għal Festa ta' Ommna Marija Bambina.

Inħeġġukom sabiex ma tħallux għall-aħħar sabiex tibbukjaw il-post tagħkom. 

 

Marċ Brijjuż - Come on Baldas - Maġġur Anthony Aquilina