Nhar is-Sibt, 15 ta' Settembru fis-6:30pm ser isir id-dħul tal-istatwa artistika ta' Marija Bambina lura fin-niċċa. Hekk kif ftaħna din il-Festa mill-isbaħ, nispiċċawha permezz tal-Quddiesa b'ringrazzjament lil Ommna Marija. Wara l-quddiesa, ssir purċissjoni qasira ġewwa l-knisja san-niċċa fejn hemmhekk isir id-dħul tal-istatwa fin-niċċa. 


Is-Soċjeta' Mużikali Peace tixtieq tħeġġeġ lin-Naxxarin kollha, speċjalment lill-partitarji u żgħażagħ tas-Soċjeta' tagħna sabiex jattendu bi ħġarhom għal din l-aħħar attivita' tal-Festa 2018.


 

O Bambina - kollok glorja,

Bħal Reġina - inberkuk,

Biex tgħannina - bil-Vittorja,

Omm ħanina - nitolbuk.

 

Filmat: L-Antifona ta' Marija Bambina | Naxxar - 'Gloriosae Virginis'