Nhar l-Erbgħa 29 ta' Awwissu, ser issir il-Quddiesa tan-Novena fil-Knisja Parrokkjali għal dawk involuti fl-organizzazzjoni tal-Festa. Ser iqaddes il-qassis Naxxari, Dun Kevin Schembri.

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tixtieq tistieden lill-dawk id-dilettanti kollha li jagħtu l-kontribut tagħhom fil-Festa tagħna sabiex jattendu.

 

Filmat: Kompożizzjoni ta' Mro. Joseph Fenech.

Din il-kompożizzjoni ġiet miktuba minn-Naxxari Mro. Joseph Fenech sabiex tindaqq u titkanta nhar il-Festa ta' Marija Bambina - 8 ta' Settembru.