Waslet il-FESTA.... Nhar is-Sibt 8 ta' Settembru, l-BANDA PEACE għal sena oħra ser terġa takkumpanja b'UNUR u PRIVILEĠĠ kbir l-istatwa tant għal qalb in-NAXXARIN, l-istatwa titulari ta' Marija Bambina. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq matul il-PURĊISSJONI kollha l-INNIJIET Marjani u Popolari tas-Soċjeta' tagħna. Il-Banda umbat tagħlaq il-Festa b'daqq ta' AVE MARIA minn fuq il-Planċier tal-każin. 

Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex jattendu għal Purċissjoni bi ħġarhom mall-Banda tagħna ħalli b'hekk nsellmu l-Patruna kbira tagħna, Marija Bambina.

O Bambina - kollok glorja,

Bħal Reġina - inberkuk,

Biex tgħannina - bil-Vittorja,

Omm ħanina - nitolbuk.

L-Innu Popolari O Tfajla Mmakulata miktub minn Mro. Ferdinando Camilleri, jindaqq mill-'Peace Band Club' u jitkanta mil-kor 'The New Choral Singers'.