Nhar il-Ħadd 19 ta' Awwissu l-Banda Peace ġiet mistiedna sabiex iddoqq ġewwa Ħad-Dingli għal Festa ta' Santa Marija. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda takkumpanja l-istatwa ta' Santa Marija matul il-purċissjoni b'daqq ta' Innijiet Marjani. Nixtiequ nieħdu l-opportunita' sabiex nawguraw il-Festa t-Tajba lir-residenti kollha ta' Ħad-Dingli.
Filmat: Il-marċ brijjuż 'Coronation' ta' Mro. Joseph Azzopardi