Il-Kumitat flimkien mall-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', għal sena oħra ser jerġaw jorganizzaw ġita għall-Sqallija nhar il-Ħamis 26 ta' Lulju. Dan it-tour ser ikun igwidat mit-Tour Leader ta' Micallef Joe Travel. Il-pjan tal-ġurnata ser ikun mqassam hekk: 

1. Vjaġġ bil-katamaran lejn Pozzallo u lura;
2 Pullman privata magħna l-ġurnata kollha;
3. Imorru Ognina (waqfa għal te/kafe opzzjonali);
4. Eskursjoni lejn Taormina;
5. Ikla buffet (drinks mhux inklużi);
6. Xiri minn Porte Di Catania;
7. Tour leader ta’ Micallef Joe Travel 

 

 

Prezz Adulti: €160                            Tfal 2 – 11-il sena: €70

 

Il-Prezz jinkludi t-transport mill-pjazza tan-Naxxar sal-Virtu Ferries Terminal Valletta Waterfront u lura. 

It-Taxxi huwa nklużi fil-prezz.

Il-Bookings huma miftuħin u jekk int interesat tista ġentilment tibbukja l-post tiegħek minn OTTO Clubhouse , mill-membri tal-Kumitat Ċentrali jew minngħand il-membri tas-soltu. 

Bl-esperjenza tagħna f'din il-ġita, nħeġġukom sabiex tibbukjaw mill-aktar fis possibli sabiex tilħqu post magħna u ma jiddispjeċikomx.

 

Diska: Tarantella Siciliana