Il-Ġimgħa Kbira reġgħet waslet u din is-sena bħas snin ta' qabel is-Soċjeta' tagħna ser tagħti l-kontribut tagħha fil-purċissjoni ferm mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira nhar il-Ġimgħa 30 ta' Marzu. Il-Banda Peace bħal kull sena ser tkun qiegħda ddoqq marċi funebri mill-isbaħ fejn din is-sena ser jiżżanżan sett ta' Marċi Funebri ġodda. Inħeġġukhom tattendu u toqgħodu viċin il-banda tagħna sabiex tkunu tistaw tgawdu u tisimgħu dawn il-marċi li fosthom hemm bosta ġodda u esklusivi għal banda tagħna.

 

Filmat: Marċ Rimembranze li ser ikun wieħed mill-marċi li ser idoqq il-banda Peace