Nhar l-Erbgħa 28 ta' Marzu fis-7:00pm ser jittellgħa l-aħħar kunċert Ġenerali ta' marċi funebri qabel il-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ta' nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Il-Kummissjoni Banda flimkien mas-surmast din is-sena ġie mniedi librett ta' marċi funebri ġdid fejn ġo fih jinsabu mhux anqas minn tletin marċ funebru li l-maġġoranza minnhom huma marċi esklussivi tal-banda tagħna. Minn hawnhekk nixtieq nħeggeg lil dawk kollha dilettanti tal-Ġimgħa Mqaddsa biex jasal wasla sas-Sala Marija Bambina nhar l-Erbgħa fis-7:00pm sabiex ikun jista jisma s-sett sħiħ.

 

Filmat: Marċ Funebru tas-surmast Lino Pirotta bl-isem "Alla Memoria di Antonio Mifsud"