Il-programm popolari Marci u Bandalori li jixxandar kull nhar ta' Hadd fuq Radio 101 wara il-Bulettin ta' l-Ahbarijiet tat-8:00am ser jiddedieka l-programm tal-Hadd li gej 26 ta' Novembru 2017 kollu kemm hu lill-Banda Peace tan-Naxxar.
Apparti it-taghrif li ser jinghad ser jindaqqu marci brijjuzi mill-isbah mir-repertorju tal-Banda Peace tan-Naxxar.
Il-programm Marci u Bandalori fuq Radio 101 ghandu produzzjoni u prezentazzjoni ta' Joe Chetcuti.