Bi pjaċir nixtiequ ninfurmawkom lis-Soċjeta' bħal kull sena oħra ser tagħti s-sehem tagħha fir-Raħal tal-Milied b'Wirja Fotografika b'Tema Naturali. Din il-Wirja hija mtella' kollha mis-Soċjeta' Mużikali Peace u mis-sur Aron Tanti f'Palazzo Vittoria, Misraħ ir-Rebħa, Naxxar. Il-Ftuħ Uffiċjali ta' din il-wirja ser isir nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Diċembru fis-7:30pm. 

Ħinijiet tal-Ftuħ:

Is-Sibt, 10 ta' Diċembru bejn is-6:00pm - 9:00pm.

Il-Ħadd, 11 ta' Diċembru bejn l-10:00am - 12:00pm u filgħaxija bejn il-5:00pm - 9:00pm.

Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha u lill dawk ukoll minn rħula oħra sabiex jiġu san-Naxxar bejn id-9 ta' Diċembru u l-11 ta' Diċembru sabiex igawdu u jieħdu pjaċir magħna f'dawn iż-żminijiet hekk sbieħ tal-Milied.

 

Il-Mixgħela tal-faċċata bid-dissini tal-Milied waqt Raħal il-Milied tas-sena 2009