Is-Soċjetà Mużikali Peace se tkun qed tieħu sehem fl-attività ta’ Halloween organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru.

Għal din l-okkażjoni, se jkun hemm stand quddiem il-Każin bis-servizz ta’ ikel u xorb, sabiex dawk kollha li jattendu jkunu jistgħu jgawdu minn lejla ta’ divertiment f’atmosfera mill-isbaħ.

Dettalji tal-attività

  • Data: Is-Sibt, 31 ta’ Ottubru 2026

  • Ħin: Mis-7:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem

  • Post: Pjazza Vittorja u Triq Santa Luċija, in-Naxxar

Is-Soċjetà Mużikali Peace tistiednek tingħaqad magħna għal din il-lejla mimlija divertiment u atmosfera ta’ Halloween fil-qalba tan-Naxxar.

Nistennewkom!