L-Istorja ta’ Marija Bambina, Naxxar (1726–2026)
Fl-okkażjoni tat-300 sena ta’ Storja, Fidi u Devozzjoni lejn Marija Bambina, ġie ppreżentat dokumentarju li jsegwi l-istorja twila u għanja tal-Patruna tagħna fost il-poplu Naxxari.
Tliet sekli ta’ tradizzjoni, devozzjoni u mħabba lejn Marija Bambina jinġabru f’dan id-dokumentarju, li jagħti ħarsa lejn il-wirt reliġjuż u kulturali li matul is-snin għadda minn ġenerazzjoni għal oħra.
Inħeġġukom taraw dan id-dokumentarju u taqsmuh ma’ oħrajn, sabiex din l-istorja sabiħa ta’ tliet sekli tkun magħrufa u apprezzata mill-aktar nies possibbli.
Viva Marija Bambina!
Viva l-Patruna tagħna!
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 2 ta’ Settembru 2026