L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar (A.D. 2012) tinsab lesta biex għall-festa titulari ta' din is-sena tferraħ lin-Naxxarin u l-partitarji kollha b'servizz u spettaklu pirotekniku mill-aqwa!

  • Data: Is-Sibt, 05 ta' Settembru, 2026

  • Ħin: Fil-11:15 p.m.

  • Post: Pjazza Vittorja, in-Naxxar

Matul din is-serata se nkunu qed ingawdu ħarqa ta' nar tal-art mekkaniżat akkumpanjat mill-mużika, li tintemm bl-għeluq mill-isbaħ ta' tapit sinkronizzat mal-mużika!