Is-Soċjetà Mużikali Peace tistieden lill-partitarji kollha u ż-żgħażagħ Naxxarin għal ieħor fost l-akbar avvenimenti tal-festa tagħna - Festa BLUE Gathering #3! Hekk kif matul din il-festa memorabbli qed niċċelebraw l-anniversarju storiku ta' #300SenaFostna, l-entużjażmu, il-brijju u l-enerġija se jkomplu jilħqu l-qofol tagħhom f’nhar Jum il-Vitorja!

  • Data: It-Tlieta, 8 ta’ Settembru, 2026

  • Ħin: Minn 12:00 p.m. (Nofsinhar) ’il quddiem

  • Post: OTTO Clubhouse (Palazzo Vittoria, in-Naxxar)

Is-serata u l-festa f'OTTO Clubhouse se tibda b'warmup set speċjali mill-ewwel mumenti f'idejn DJ ZRINZ, filwaqt li l-mument ewlieni ta' din il-parti se jkun imexxi mid-DJ J JOY, li se jiżgura atmosfera unika u enerġija massima!

Ilbsu l-kulur blu!

#300SenaFostna #Festa2026