L-aqwa briju fit-toroq tan-Naxxar!

Is-Sibt 5 ta’ Settembru 2026, fin-Naxxar il-Banda Peace qiegħda tistieden lil kulħadd għal wieħed mill-aktar appuntamenti mistennija tal-festa: il-Marċ Popolari tat-Tieni Jum tat-Tridu!

Mill-8:00pm ’il quddiem, l-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq madwar it-toroq Naxxarin fejn tintemm fil-Pjazza tan-Naxxar, quddiem il-Każin. Mal-wasla tal-banda fil-pjazza ser ikun hemm brijju qalbieni mill-partitarji tagħna b’atmosfera li twiegħed lejla mimlija enerġija, mużika u spettaklu.

Banda, briju, nar, spettaklu u t-tlugħ tal-istatwa artistika se jingħaqdu f’serata li ma għandekx titlef. U dan huwa biss parti minn dak li qed tħejji l-Banda Peace għal din il-lejla speċjali!

Jekk trid tgħix il-festa bl-aqwa mod, il-5 ta’ Settembru huwa appuntat fid-djarju tiegħek. Ġib il-familja, il-ħbieb u ingħaqad magħna għal lejl ta’ festa, tradizzjoni u divertiment — għax fejn hemm il-Banda Peace, hemm l-ISPETTAKLU!

Is-Sibt 5 ta’ Settembru 2026

Mill-8:00pm ’il quddiem
Pjazza tan-Naxxar – quddiem il-Każin

Il-Marċ li ma tridx titlef. L-aktar MARĊ POPOLARI fin-Naxxar!

Ħarsa lura lejn l-aqwa mumenti tal-Festa 2025