Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu 2026, se titfakkar il-ħajja tal-għażiż Christopher Magro, magħruf ma’ kulħadd bħala "iċ-Ċappin", permezz ta’ Quddiesa f’ġieħu li se ssir fit-8:45 ta’ filgħodu fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, in-Naxxar.

Din il-Quddiesa se tkun mument ta’ talb u tifkira għal wieħed mill-ulied tan-Naxxar li ħalla marka f’qalb dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuh. Nistednu lill-komunità kollha tingħaqad biex tagħti l-aħħar tislima u ssellem il-memorja ta’ dan il-patrijott Naxxari.

Fl-istess waqt, inħeġġu lir-residenti u lil dawk kollha li jixtiequ jesprimu s-solidarjetà tagħhom sabiex itellgħu l-bnadar Naxxarin mezzasta bħala sinjal ta’ rispett u luttu.

Nitolbu lill-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem u jdawwal fuqu d-dawl ta’ dejjem. Jistrieħ fis-sliem.