Nhar il-Hadd 7 ta' Dicembru, l-Kunsill Lokali tan-Naxxar ser jorganizza ghal darb ohra l-attivita' bl-isem "Ir-Rahal tal-Milied". F'din l-attivita', is-Socjeta' taghna ma setatx tonqos billi torganizza bosta attivitajiet. Is-swali tal-Kazin ikunu miftuha ghall-wiri, kif ukoll ikun hemm bejgh ta' laring u affarijiet ohra relatati mal-Milied. Diversi wirjiet u sorprizi ma jonqsux.. Titilfuhiex!

Zzommu ruhkom aggornati ma' dan is-sit.

 

Ritratt Mehud: Ir-rahal tal-Milied 2010 - ll-Banda Peace ddoqq waqt il-mixghela tal-faccata tal-kazin li ghal zmien twil giet premjata l-ewwel post f'Malta fit-tizjin tal-faccata.