L-ahhar tislima lill-President Onorarju u Bandist tas-Socjeta' Peace, John DeBono ser tinghata llum fit-3:45pm b'korteo akkumpanjat mill-Banda Peace li hu tant kien ihobb u li kien jifforma parti minnha, li ser jghaddi mit-toroq msemmija: 21st Avenue street, Bakery street, St.Lucy Street sal-pjazza fejn hemmhekk jintlaqa ghal l-ahhar tislima quddiem il-kazin fejn umbat jispicca fil-Knisja Arcipretali Marija Bambina tan-Naxxar. Il-quddiesa ser tibda fl-4:30pm fil-Knisja Arcipretali Marija Bambina tan-Naxxar.
Nixtieq f'isem is-Socjeta' Muzikali Peace naghti l-ghomor lill-familjari kollha tieghu u nirringrazjaw lis-Sur John DeBono tal-hidma kontinwa u mpenjattiva tieghu fi hdan is-Socjeta' Peace. Zgur li l-imhabba kbira li John kellu lejn is-Socjeta' ser tibqa ta' ezempju ghalina wkoll. Grazzi John u nweghduk li ser nibqghu nghozzu l-frott tal-hidma tieghek fis-Socjeta' ghal dejjem!
Nsellmulek habib!